1. Informazzjoni ġenerali dwar it-teħid tal-kampjuni

It-teħid tal-kampjuni jista’ jsir għal għadd ta’ skopijiet, inkluż:
Il-kampjuni jistgħu jintbagħtu f’laboratorju għall-analiżi jew jiġu ttestjati immedjatament permezz ta’ laboratorju mobbli jew test fuq il-post permezz ta' dijanjostiċi mobbli.

Il-metodu ta’ teħid tal-kampjuni jiddependi minn:

Kampjun għandu jirrappreżenta l-lott jew il-kunsinna sħaħ.

Għall-finijiet doganali l-kampjuni rappreżentattivi għandhom jittieħdu b'konformità mal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jew dispożizzjonijiet doganali addizzjonali fis-seħħ (fejn tkun eżaminata, jew jittieħdu kampjuni, ta’ parti biss mill-oġġetti koperti minn dikjarazzjoni doganali, ir-riżultati tal-eżami parzjali, jew tal-analiżi jew tal-eżami tal-kampjuni, għandhom jitqiesu li japplikaw għall-oġġetti kollha koperti mill-istess dikjarazzjoni: ara l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni., l-Artikolu 190).

Għall-finijiet tas-sisa, il-kampjuni għall-eżami għandhom jittieħdu skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija fit-taqsima ‘Proċeduri ta’ teħid tal-kampjuni’ jew fl-iskedi tal-proċedura tat-teħid tal-kampjuni speċifiċi. Ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija għall-finijiet tas-sisa ġeneralment jistgħu jkunu segwiti għal kampjuni meħuda għal skopijiet oħrajn, sakemm ma jeżistux regoli oħrajn.

Għall-parti l-kbira tal-komoditajiet ma hemmx regolamenti speċifiċi għat-teħid tal-kampjuni. Dawn ir-regolamenti jeżistu għal ċerti komoditajiet: fejn dan huwa l-każ, dawk ir-regolamenti għandhom jieħdu preċedenza fuq ir-regoli ġenerali f’din il-gwida.

Lott omoġenju huwa komodità li l-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-oġġetti tagħha hija uniformi fil-prodott kollu. Eżempji ta' prodotti omoġenji huma soluzzjonijiet trasparenti jew likwidi oħrajn mingħajr partiċelli sospiżi, trabijiet jew granuli b'partiċelli u kulur indaqs, u laned, mimlijin bi prodott veġetali speċifiku, li jkollhom kollha l-istess numru tal-produzzjoni. F'dawn il-każijiet ma jimpurtax fejn jittieħed kampjun u dan jista' jittieħed minn post konvenjenti. Il-problema hija li mhux dejjem ikun ċar li lott mhux omoġenju.

Pereżempju tanker mimli biż-żejt taż-żebbuġa jidher li huwa omoġenju. Madankollu fil-qiegħ tat-tank jistà jakkumula sediment, li huwa parti essenzjali taż-żejt, u ż-żejt fit-tanker ma jkunx omoġenju. Jekk mhux ċar jekk komodità hijiex omoġenja trid tittratta l-kunsinna bħala eteroġena.

Jekk komodità tikkonsisti minn iktar minn lott wieħed omoġenju trid tistabbilixxi d-daqs ta' kull lott u trid tieħu kampjuni rappreżentattivi tal-komodità totali.

Lott eteroġenu huwa kunsinna fejn il-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-oġġetti jvarjaw fil-prodott kollu.

Eżempji jinkludu s-soluzzjonijiet b'partiċelli sospiżi, granuli ta' daqsijiet u kuluri differenti, u laned, mimlija bi prodott veġetali speċifiku, li jkollhom numri tal-produzzjoni differenti. F'dawn il-każijiet mhux suffiċjenti li tieħu kampjun minn post wieħed. Huwa essenzjali li tieħu kampjun li jkun rappreżentattiv għal-lott kollu.

Trid tieħu kampjuni inkrementali minn postijiet differenti fil-kunsinna kollha. L-aħħar kampjun irid jinħoloq mill-aggregat tal-kampjuni inkrementali.

F'sitwazzjoni ideali tieħu kampjuni minn kull pakkett biex tiżgura li l-kampjun tiegħek kien rappreżentattiv tal-kunsinna kollha. Madankollu f'sitwazzjoni prattika dan mhux possibbli u jirriżulta f'teħid ta' porzjon mhux raġonevoli tal-kunsinna jew jispiċċa kompromess. Huwa neċessarju għalhekk li tapplika skala ta' eżami li tikseb l-iktar kampjun rappreżentattiv filwaqt li timminimizza l-effett fuq l-oġġetti.

Jeżistu ħafna skali differenti ta' eżami bbażati fuq metodoloġija ta' teħid statistiku tal-kampjuni u l-prattikalitajiet tal-kunsinni kummerċjali tat-teħid tal-kampjuni. L-iskop tagħhom huwa l-iżgurar li meta teżamina jew tieħu kampjun tal-oġġetti jingħażel għadd suffiċjenti biex tiżgura li r-riżultat huwa rappreżentattiv ta' kollox. L-iskali tal-eżami jistgħu jiġu applikati kemm għall-kunsinna sħiħa kif ukoll għas-sublottijiet u/jew pakketti interni.

Fil-korpi tal-kummerċ huma disponibbli skali estensivi tal-eżami u f'ċerti regolamenti tal-UE (eż. ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009) fejn l-iskop huwa d-determinazzjoni tal-kwalità ta' prodott jew l-iżgurar li ma hemmx kontaminanti kimiċi jew bijoloġiċi. Dawn l-iskali ta' eżami normalment huma ħafna iżjed rigorużi minn dawk meħtieġa għad-determinazzjoni tal-istatus taxxabbli tal-oġġetti jew il-klassifikazzjoni. Minn dan jirriżulta li ma hemmx skala ta' eżami "korretta" definittiva. Hawn taħt hawn serje ta' eżempji u tkun trid tikkunsidra l-punti li ġejjin meta tiddetermina l-aħjar skala li għandha tintuża għal eżami partikolari:
L-iskop tiegħek fil-konsiderazzjoni ta' dawn il-mistoqsijiet hija li tiddeċiedi dwar kif l-aħjar tikseb kampjun rappreżentattiv. Meta tiddeċiedi fuq l-iskala tal-użu - ivverifika l-linji gwida nazzjonali tiegħek biex tara jekk hijiex rakkomandata skala speċifika mill-amministrazzjoni tiegħek għat-tip ta' oġġetti jew skop partikolari li għalih qed jittieħed kampjun tagħhom.

Id-dikjarant huwa intitolat li jkun preżenti meta l-merkanzija tiġi eżaminata u meta jittieħdu xi kampjuni, u l-kampjuni normalment għandhom jittieħdu fil-preżenza tad-dikjarant jew tar-rappreżentant tiegħu. L-uffiċjal tad-dwana jista’ jieħu kampjuni fin-nuqqas tad-dikjarant, tal-persuna ċċekkjata jew tar-rappreżentanti tagħhom preżenti jekk dawn jagħżlu li ma jattendux.

Fejn jaħsbu li jkun xieraq, l-awtoritajiet doganali jistgħu jeżiġu li d-dikjarant jew ir-rappreżentant tagħhom ikunu preżenti meta l-oġġetti jiġu eżaminati jew meta jittieħdu l-kampjuni sabiex dawn ikollhom l-għajnuna meħtieġa biex ikunu ffaċilitati tali eżami jew teħid tal-kampjuni (ara l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, l-Artikolu 189).

Dawn għandhom jipprovdu għajnuna attiva lill-awtoritajiet doganali kif ikun meħtieġ sabiex jiffaċilitaw l-operazzjoni ta’ teħid tal-kampjuni, inkluż:
Jekk id-dikjarant jirrifjuta li jattendi l-operazzjoni ta’ teħid tal-kampjuni jew li jaħtar persuni kapaċi li jipprovdu l-assistenza neċessarja, l-awtoritajiet doganali jridu jistabbilixxu limitu ta’ żmien sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tagħhom.

Jekk ma jkunx hemm konformità ma' dan il-limitu ta’ żmien, tista’ tibda tieħu l-kampjun, spejjeż għad-dikjarant u taħt ir-responsabbiltà tad-dikjarant, billi tuża, fejn neċessarju, is-servizzi ta’ persuna kompetenti jew ta’ persuna oħra maħtura b'konformità mar-regoli applikabbli (ara l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, l-Artikolu 189). F’dawn il-każijiet, l-operazzjoni ta’ teħid tal-kampjuni se tkun valida daqs li kieku twettqet fil-preżenza tad-dikjarant jew tal-persuna ċċekkjata.

Fejn l-operazzjoni ta’ teħid ta’ kampjuni tkun tinvolvi riskji ta’ sigurtà serji, jew jekk ikun meħtieġ l-użu ta’ teħid tal-kampjuni speċjali u/jew ta’ tagħmir protettiv, tista’ tqabbad persuni kkwalifikati oħrajn jew imħarrġa apposta, sabiex jieħdu l-kampjuni, taħt is-superviżjoni tiegħek (ara Teħid tal-kampjuni ta’ oġġetti perikolużi).

Skont l-Artikolu 134 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni “il-ħarsien ta’ saħħet u ħajjet il-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, il-ħarsien tal-ambjent” huwa soġġett għall-kontroll doganali. F’xi Stati Membri dan il-ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent u l-kontroll tas-sigurtà pubblika jitwettqu mid-Dwana u f’oħrajn isir minn awtoritajiet separati. F’dawn il-każijiet jista’ jkun hemm bżonn ta’ proċeduri aktar elaborati ta’ teħid ta’ kampjuni u fejn xieraq, għandek tiċċekkja l-gwida nazzjonali u l-leġiżlazzjoni Ewropea.



2. Pjan ta’ teħid tal-kampjuni

Għandek tħejji pjan ta’ teħid tal-kampjuni billi
  1. Tiċċekkja l-informazzjoni disponibbli dwar l-oġġetti;
  2. Tiffamiljarizza ruħek mas-sitwazzjoni ta’ teħid tal-kampjuni, inkluż kwalunkwe informazzjoni mħejjija minn qabel dwar is-Saħħa u s-sigurtà;
  3. Tiċċekkja kwalunkwe regola jew rakkomandazzjoni speċifika fir-rigward tat-teħid tal-kampjuni tal-oġġetti inkwistjoni;
  4. Proporzjonalità;
  5. Tħejji l-għodod neċessarji għat-teħid tal-kampjuni u l-kontenituri tal-kampjuni;
  6. Evidenza fotografika.

2.1 Verifika tal-informazzjoni disponibbli dwar l-oġġetti

Għandek tiċċekkja bir-reqqa l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-oġġetti li se tispezzjona/tiċċekkja, inkluża d-dokumentazzjoni li takkumpanja l-oġġetti: eż. l-iskedi tad-dejta dwar is-sigurtà, iċ-ċertifikati fitosanitarji.

Jekk id-dokumenti ta’ akkumpanjament ikun fihom is-simboli u l-marki rikonoxxuti internazzjonalment li jindikaw il-livell ta’ periklu assoċjat mal-immaniġġjar tal-oġġetti, għandek tosserva dawk l-istruzzjonijiet. Huwa importanti wkoll li kwalunkwe persuna oħra li timmaniġġja l-oġġetti tkun konxja ta' dawn ir-riskji.

L-uffiċjali doganali kompetenti jridu jkunu konxji tat-tifsira ta’ dawn is-simboli u l-marki. Dawn is-simboli u l-marki jipprovdu dejta utli dwar l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jittieħdu, u r-rekwiżiti tat-tagħmir personali protettiv, tal-ippakkjar, tat-trasport u tal-ħażna.

Il-marki huma kif ġej:

Dawn is-simboli u l-marki għandhom jitqiegħdu b’mod li jidhru sew fuq il-pakketti.

Kull meta d-dikjarant jew l-aġent ekonomiku ma jkunx jista’ jissottometti dejta valida u awtentika rigward in-natura tal-oġġetti, it-teħid tal-kampjuni għandu jsir b’attenzjoni kbira. F’dawn il-każijiet, għandek tittratta l-oġġetti li tagħhom tkun se tieħu kampjun bħala perikolużi.

M’għandekx tieħu kampjun ta’ dawn l-oġġetti li ġejjin:
Il-lista’ ta’ oġġetti li l-uffiċjali tad-dwana m’għandhomx jieħdu kampjuni tagħhom tvarja skont l-Istat Membru u l-kompetenza tal-uffiċjal tad-dwana; inġenerali l-lista ta’ hawn fuq tkun korretta.

Il-kampjuni minn dan it-tip ta’ oġġetti jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-istat jew organizzazzjonijiet esterni u persuni mħarrġa u lliċenzjati biex jieħdu kampjuni tagħhom.


2.2 Kif tiffamiljarizza ruħek mas-sitwazzjoni ta’ teħid tal-kampjuni

Għandek tiġbor dejta dwar il-post tal-oġġetti fil-faċilitajiet tal-ħażna jew fil-vetturi tat-trasport, dwar it-tip ta’ trasport, dwar il-kapaċità u l-volum tal-ħażna, il-faċilità tal-aċċess għall-oġġetti, il-perikli possibbli assoċjati mal-moviment tal-oġġetti, eċċ.

Meta tkun lestejt dan il-kompitu, għandu jkollok fehim ċar ta’:
Inti avżat biex ma tieħux kampjuni f’dawn is-sitwazzjonijiet, pero’ jekk huwa essenzjali li il-kampjuni jiġu mittieħda, huwa tajjeb li ssegwi dawn l-istruzzjonijiet:
Huwa tajjeb li f’dan il-każ, il-kampjuni jiġu elevati mid-dikjarant jew mir- rappreżentant tiegħu. Il-kampjun jista’ ukoll jiġi mittieħed taħt is- superviżjoni tad-Dwana, minn kuntrattur speċjalizzat (ara l-paragrafu dwar il-proċedura għat-teħid ta’ kampjuni ta’ oġġetti perikolużi); Tista’ tikkonsulta mal-laboratorju rigward l-kwantità minima ta’ kampjun meħtieġ, jew inkella tara jekk huwiex possibli jekk it-tip ta’ analizi li tintuża ma tkunx distruttiva. Huwa tajjeb li tinforma lid-dikjarant fl-eventwalita’ li l-kampjun jista jiġi irritornat intatt;
F’dan il-każ, l-oġġetti jistgħu jittieħdu fil-maħżen tal-importatur stess taħt is-superviżjoni tad-Dwana jew inkella f’xi post ieħor addattat fejn huwa aktar possibli li tieħu il-kampjuni.


2.3 Verifika ta' regoli jew rakkomandazzjonijiet speċifiċi fir-rigward tat-teħid tal-kampjuni tal-oġġetti inkwistjoni

Qabel tieħu kampjun qed jiġi ssuġġerit li tiċċekkja s-sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin għal regoli jew rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar il-prodott li tiegħu jkun se jittieħed kampjun:
Toqgħodx lura milli tistaqsi lil-laboratorju doganali lokali tiegħek għal pariri jew struzzjonijiet speċifiċi.Toqgħodx lura milli tistaqsi lil-laboratorju doganali lokali tiegħek għal pariri jew struzzjonijiet speċifiċi.


2.4 Proporzjonalità

Meta tieħu l-kampjuni, importanti li tqis il-proporzjon tal-kunsinna li tkun qed teżamina.

Pereżempju, fil-każ ta’ kunsinni relattivament żgħar jista’ jkun hemm bżonn li tieħu kampjuni iżgħar (soġġett għar-rekwiżiti minimi) biex tevita li tieħu proporzjon eċċessiv tal-kunsinna. Jekk ikollok xi dubju kkonsulta lil-laboratorju tiegħek.

Iċċekkja jekk il-merkanzija li minnha se jittieħed il-kampjun hijiex ġejja mill-istess lott ta’ produzzjoni. It-tikketti fuq il-pakkett jistgħu jindikaw jekk il-kunsinna fihiex lottijiet ta’ produzzjoni jew dati differenti, u jekk il-prodotti f’lottijiet differenti jvarjawx fil-kwalità. Jekk dan ikun il-każ, iridu jittieħdu kampjuni separati mil-lottijiet differenti. L-integrità tal-pakketti u d-data ta’ skadenza jridu jiġu dejjem eżaminati. Tiħux kampjuni ta’ prodotti li jkunu skadew jew li jkunu waslu biex jiskadu.

Il-pakketti għall-bejgħ bl-imnut li jittieħdu bħala kampjuni la għandhom jinfetħu u lanqas il-kontenut tagħhom ma għandu jitqie għed f’kontenituri għal kampjuni oħrajn. Dawn il-kampjuni għandhom ikunu tikkettati direttament bħala kampjuni finali. Il-kampjuni jiġu ppakkjati u ssiġillati skont ir-rekwiżiti tal-ippakkjar. Għandha tingħata attenzjoni biex ma titħassarx jew titgħatta l-informazzjoni fuq il-pakkett oriġinali.

Ara: L-immaniġġjar tal-kampjuni - L-ippakkjar; sistema ta’ tqassim tal-kampjuni.


2.5 Tħejjija ta’ għodod għat-teħid tal-kampjuni u l-kontenituri tal-kampjuni

Għandek:

Jekk tiddeċiedi li ma tistax twettaq operazzjoni ta' teħid tal-kampjuni b’mod sodisfaċenti minħabba n-nuqqas ta’ tagħmir xieraq jew ċirkostanzi oħrajn, tista’ tirrikjedi lid-dikjarant sabiex jieħu kampjun hu taħt is-superviżjoni tiegħek.

Dan japplika wkoll f’każijiet fejn jittieħdu kampjuni ta’ oġġetti perikolużi minn espert tat-teħid tal-kampjuni ta’ oġġetti perikolużi (ara l-proċedura għat-teħid tal-kampjuni ta’ oġġetti perikolużi).


2.6 Evidenza fotografika

L-evidenza fotografika tista’ tkun partikolarment utli jekk ikun hemm ħafna informazzjoni fuq il-pakketti jew jekk mad-daqqa t’għajn tinnota xi rregolarità.

Fotokopji
Fl-aktar livell bażiku tagħha dan jista’ jfisser sempliċement li pereżempju taqbad pakkett u tieħu fotokopja tiegħu fl-uffiċċju. F’dan il-każ għandek tinnumera l-paġni tal-fotokopji tiegħek u tirreferi għalihom bħala "annessi" tar-rapport tiegħek. Dan jista’ jkun partikolarment utli jekk ma tkunx tista’ tidentifika l-lingwi fuq il-pakketti għall-bejgħ bl-imnut.

Ritratti Diġitali
Ir-ritratti diġitali spiss jipprovdu aktar dettall u jistgħu jkunu utli sabiex tispjega l-mod kif kienu ppostjati jew ippakkjati l-oġġetti. Dawn tista’ tehmiżhom mar-rapport tiegħek.

Innota, madankollu, li dment li ma jkunx hemm traċċi ċari ta’ verifika, dawn jistgħu ma jiġux aċċettati bħala evidenza f’kawża fil-qorti. Irreferi għal-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar l-evidenza fotografika aċċettabbli.




Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 15.07.2018 Aġġornament - żdied it-teħid tal-kampjuni għall-finijiet tal-ħarsien ambjentali u ssemmew il-ħarsien tal-konsumaturi u s-sigurtà pubblika; tqiesu l-eteroġeneità u l-omoġeneità; żdiedet il-proporzjonalità; ingħatat spjegazzjoni tal-iskali tat-teħid tal-kampjuni; saru xi korrezzjonijiet tat-test
1.1.1 30.01.2020 Aġġornament: It-tneħħija tal-frażijiet R & S u l-modifika tat-test fil-kapitolu 2.2.
1.2 15.07.2020 Update: new text in Paragraph 1