Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
SAM-002 Skart |
Skart | |
Definizzjoni (lista ta’ kodiċijiet SA koperti minn din il-karta) |
Għall-fini ta' din l-iskeda t-terminu "skart" huwa definit bħala kwalunkwe sustanza jew oġġett intenzjonat biss għall-irkupru jew għar-rimi. F'din l-iskeda huwa deskritt biss it-teħid tal-kampjuni tal-iskart indikattiv. It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-iskart jistgħu jagħtu biss evidenza tal-konsistenza tal-iskart, ma jagħtux evidenza li l-materjal li ttieħed kampjun tiegħu huwa kkunsidrat bħala skart. Għandhom jitwettqu iktar kontrolli jew riċerka amministrattiva fiċ-ċirkostanzi tal-iskart biex tkun ikkonfermata l-klassifikazzjoni bħala skart. Għall-finijiet ambjentali hija neċessarja proċedura ta' teħid tal-kampjuni iktar dettaljata. F'dan il-każ għandek tirreferi għal proċeduri ta' teħid tal-kampjuni ambjentali speċifiċi. Hemm tipi differenti ta' skart. Dawn jistgħu jiġu kategorizzati bħala;
Għall-finijiet ta' din l-iskeda, l-iskart jista' jinqasam fi:
Xi tipi ta' skart għandu jittieħdilhom kampjun permezz ta' proċeduri iktar speċifiċi:
|
Skart | |
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun |
Skont it-tip ta' skart. Ġeneralment jkun biżżejjed kampjun ta' 0,5 kg. |
Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti |
|
Tagħmir meħtieġ | |
L-għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat | Tista' tkun meħtieġa firxa wiesgħa ta' tagħmir inkluż għodod speċjalizzati li jirrikjedu taħriġ biex jintużaw. Ara l-Pjanijiet ta' Teħid tal-Kampjuni għal iktar informazzjoni.
TWISSIJA: Jekk ikun hemm xi riskju ta' kontaminazzjoni kroċjata, iridu jintużaw għodod separati jew li jintremew wara l-użu għal kull prodott li jittieħed kampjun tiegħu. |
Kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni |
|
Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju | TWISSIJA: Ċerti oġġetti ma għandu qatt jittieħed kampjun tagħhom jew jittieħed kampjun tagħhom biss minn persuni speċjalizzati mħarrġa biex jagħmlu dan. Dan ifisser eż. li l-iskart radjuattiv ma għandux jittieħed kampjun tiegħu. Jekk għandek dubju vverifika r-radjuattività u/jew ikkonsulta espert ((Materjal ta') skart radjuattiv mhux kopert mir-regolament dwar l-iskart. Għal din ir-raġuni t-teħid tal-kampjuni ta' oġġetti radjuattivi jrid jiġi eskluż mill-metodi ta' teħid tal-kampjuni tal-iskart). Għal aktar informazzjoni ara l-kapitoli Kampjunar ta’ oġġetti perikolużi u Is-Saħħa u s-Sikurezza.
Simboli tal-Periklu:
Skedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza tal-Materjali (SDS):
Frażijiet H & P (Periku u Prekawzjoni):
Protezzjoni personali: Tista' tkun meħtieġa firxa wiesgħa ta' tagħmir ta' protezzjoni personali inkluż tagħmir speċjalizzat li jirrikjedi taħriġ biex jintuża, eż.:
|
Pjan ta’ kampjunar | |
Tip ta’ konsenja | Proċedura |
Iddetermina l-iskop tat-teħid tal-kampjun tiegħek | Għall-kampjunar ta’ skart perikoluż u skart li l-kompożizzjoni tiegħu mhux magħrufa kkonsulta l-kapitolu Kampjunar ta’ oġġetti perikolużi u l-iskedi speċifiċi Sustanzi kimiċi, solidi, Sustanzi kimiċi, likwidi u Likwidi tal-petroleum, skont il-karattru tal-oġġetti tal-iskart. Il-kampjun aggregat jikkonsisti minn għadd xieraq ta’ kampjuni inkrimentali. Meta tkun sodisfatt li l-kunsinna hija omoġenja, kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti bl-istess dikjarazzjoni doganali. Meta l-kampjunar rappreżentattiv mhux possibbli minħabba l-karattru eteroġeniku tal-kunsinna, jitwettaq kampjunar ibbażat fuq il-ġudizzju. Għandhom dejjem jiġu pprovduti r-ritratti biex jispjegaw il-kampjunar. |
Skart likwidu f'tankijiet vertikali fuq l-art, tankijiet orizzontali fuq l-art, tankijiet fuq il-vapuri, vaguni tank jew karozzi tank |
Twissija: Il-bittiji li jkun fihom l-iskart likwidu jistgħu jkunu taħt pressjoni. Bittija minfuħa ma għandhiex tiġi mċaqalqa jew jittieħed kampjun minnha sakemm il-pressjoni tiġi elevata b'mod sikur. Iridu jiġu kkunsidrati l-prekawzjonijiet ukoll matul il-ftuħ u t-teħid tal-kampjuni ta' kontenituri ikbar biex ikunu żgurati s-saħħa u s-sikurezza. Ħafna mit-tankijiet kbar ikollhom il-valvi ħdejn il-qiegħ tat-tank u l-fetħiet ħdejn il-wiċċ. Idealment il-kampjuni jittieħdu mill-wiċċ tat-tank. Il-ġbir ta' kampjun mill-qiegħ ma jippermettix il-ġbir ta' kampjun minn kull saff. Qabel tinfetaħ il-fetħa, għandu jiġi vverifikat l-gejġ tal-pressjoni. Jekk neċessarju l-valv tar-rilaxx għandu jinfetaħ bil-mod biex it-tank jinġieb għall-pressjoni atmosferika. Jekk ma jeżistix valv tar-rilaxx, illaxka l-boltijiet tal-għatu tal-fetħa bil-mod biex televa l-pressjoni fit-tank. Ieqaf jekk il-pressjoni hija għolja wisq jew jekk jokkorri rilaxx. Ladarba t-tank ikun ġie stabbilizzat tista' tibda tieħu l-kampjuni. Jekk il-kontenut tat-tank ikun stratifikat, kull saff għandu jittieħed kampjun tiegħu. Il-kampjun għandu jinġabar bħala minimu mill-wiċċ, min-nofs u mill-qiegħ. Jekk il-kontenitur għandu kompartamenti separati, kull wieħed għandu jittieħed kampjun tiegħu separatament f'qisien ta' fond differenti, kif meħtieġ. Ħu kampjun aggregat wieħed jew iktar, magħżul b'mod aleatorju jew sistematikament minn partijiet differenti tal-kunsinna, mill-inqas fi tliet punti konvenzjonali (wieħed fin-nofs, wieħed fil-wiċċ u wieħed fil-qiegħ) jew waqt intervalli ffissati matul il-ħatt. Jistgħu jkunu meħtieġa iktar kampjuni inkrementali minn kunsinni li fihom skart b'kompożizzjoni varjabbli. Timliex il-kontenitur tal-kampjun iżżejjed u ħalli mill-inqas 10 % ta' spazju vojt sabiex tippermetti l-espansjoni termali. |
Skart solidu u tal-ħama mhux marbut fil-ġarr, f'volumi kbar, fit-tankijiet jew fil-kontenituri | Meta l-prodott ikun ittrasportat sfuż f'massa, it-tagħbija trid titqies bħala sħiħa u l-kampjuni jridu jittieħdu minn kull parti tat-tagħbija. Il-kampjuni jistgħu jinġabru mill-wiċċ jew mill-fond. Meta jittieħed kampjun mill-wiċċ fil-post mixtieq, naddaf il-frak tal-wiċċ. Iġbor volum adegwat ta' skart minn fond ta' madwar 20 cm billi tuża kazzola jew sassla tat-teħid tal-kampjuni. Għal kampjuni li jinġabru mill-fond tal-post tat-teħid tal-kampjuni, it-toqba issir b'pala sal-fond mixtieq għat-teħid tal-kampjun. Wara tintuża l-kazzola tat-teħid tal-kampjuni biex jinġabar il-kampjun. Kampjun inkrementali wieħed jew iktar, magħżula b'mod aleatorju minn partijiet differenti tal-kunsinna, tal-inqas ħames punti konvenzjonali (wieħed fin-nofs u erbgħa fil-punti tan-nofs ta' bejn iċ-ċentru u t-truf f'qisien ta' għoli differenti) jew waqt intervalli ffissati matul il-ħatt. Jistgħu jinħolqu iktar kampjuni inkrementali minn kunsinni li fihom skart bi grad għoli ta' eteroġeneità. |
Skart likwidu jew solidu f'pakketti żgħar, bittiji, ċilindri, kaxxi, laned, boroż u fliexken |
Ħu diversi kampjuni inkrementali, magħżula b'mod aleatorju minn partijiet differenti tal-kunsinna. |
Skart likwidu jew solidu li jkun qed jiġi mċaqlaq | Kampjun aggregat wieħed minn kampjuni inkrementali tul id-dijametru kollu tal-fluss, b'intervalli determinati mill-veloċità tal-moviment. |
Skart imħallat, oġġetti kbar tal-iskart, oġġetti, skart ieħor | Is-sitwazzjoni tat-teħid tal-kampjuni ta' kunsinna sħiħa u l-kampjuni jiġu ddokumentati permezz ta' evidenza fotografika (u/jew vidjow); il-kampjuni normalment ma jittieħdux. Jekk jittieħdu l-kampjuni normalment dan isir permezz ta' teħid tal-kampjuni b'mod ġudikattiv. |
Immaniġġjar tal-kampjuni | |
Kummenti ġenerali |
|
Formola għat-Teħid tal-Kampjuni |
|
Trasport |
|
Ħażna |
|
Skart (espandi l-lista) | |
Numru tal-HS | Deskrizzjoni |
Ir-Reviżjonijiet | ||
Il-Verżjoni | Id-Data | Il-Bidliet |
1.0 | 31.01.2017 | L-ewwel verżjoni |
1.0.1 | 30.03.2019 | Update - text correction |
1.1 | 15.07.2020 | Update - MSDS -> SDS, link to "Chemicals, liquid" |
1.2 | 15.07.2021 | Update - text revision |