Skart
Definizzjoni

(lista ta’ kodiċijiet SA koperti minn din il-karta)
Għall-fini ta' din l-iskeda t-terminu "skart" huwa definit bħala kwalunkwe sustanza jew oġġett intenzjonat biss għall-irkupru jew għar-rimi.

F'din l-iskeda huwa deskritt biss it-teħid tal-kampjuni tal-iskart indikattiv. It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-iskart jistgħu jagħtu biss evidenza tal-konsistenza tal-iskart, ma jagħtux evidenza li l-materjal li ttieħed kampjun tiegħu huwa kkunsidrat bħala skart. Għandhom jitwettqu iktar kontrolli jew riċerka amministrattiva fiċ-ċirkostanzi tal-iskart biex tkun ikkonfermata l-klassifikazzjoni bħala skart. Għall-finijiet ambjentali hija neċessarja proċedura ta' teħid tal-kampjuni iktar dettaljata. F'dan il-każ għandek tirreferi għal proċeduri ta' teħid tal-kampjuni ambjentali speċifiċi.

Hemm tipi differenti ta' skart. Dawn jistgħu jiġu kategorizzati bħala;
  • skart mhux perikoluż;
  • skart perikoluż;
  • skart muniċipali (domestiku).

Għall-finijiet ta' din l-iskeda, l-iskart jista' jinqasam fi:
  • Skart likwidu;
  • Skart solidu;
  • Skart tal-ħama;
  • Oġġetti bil-ħsara jew imkissrin u oġġetti oħrajn, mhux tajbin għall-użu.

Xi tipi ta' skart għandu jittieħdilhom kampjun permezz ta' proċeduri iktar speċifiċi:

Skart
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun

Skont it-tip ta' skart. Ġeneralment jkun biżżejjed kampjun ta' 0,5 kg.
Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti
  • Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart
  • Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2008 dwar kif għandu jimtela l-Anness IC tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart
  • EN 14899 Karatterizzazzjoni tal-iskart - Teħid tal-kampjuni tal-materjali ta' skart - Qafas għall-preparazzjoni u l-applikazzjoni tal-Pjan ta' Teħid tal-Kampjuni
  • CEN/TR 15310 Karatterizzazzjoni tal-iskart - Teħid tal-kampjuni tal-materjali ta' skart
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward il-kampjunar.


Tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat Tista' tkun meħtieġa firxa wiesgħa ta' tagħmir inkluż għodod speċjalizzati li jirrikjedu taħriġ biex jintużaw. Ara l-Pjanijiet ta' Teħid tal-Kampjuni għal iktar informazzjoni.
  • Kampjuni tal-fluwidi alkalini għandhom jittieħdu b'għodod tal-ħġieġ, tal-plastik jew tal-metall.
  • Kampjuni tal-fluwidi aċidi għandhom jittieħdu b'għodod tal-ħġieġ jew tal-plastik.
  • Kampjuni tal-fluwidi solventi organiċi għandhom jittieħdu ttrattati b'għodod tal-ħġieġ jew tal-metall.
  • Kampjuni tas-solidi jew tal-ħama għandhom jittieħdu b'għodod tal-plastik jew tal-metall.
  • Tagħmir għat-tqassim tal-kampjuni (D01-01)
Għal aktar informazzjoni ara l-kapitolu Għodod tal-kampjunar.

TWISSIJA: Jekk ikun hemm xi riskju ta' kontaminazzjoni kroċjata, iridu jintużaw għodod separati jew li jintremew wara l-użu għal kull prodott li jittieħed kampjun tiegħu.

Kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni
  • Boroż tal-plastik, ta' daqsijiet differenti, b'tikketti stampati fuqhom minn qabel jew le (P00)
  • Fliexken tal-plastik, daqsijiet differenti (P02, P03, P04)
  • Fliexken tal-ħġieġ (G01)
  • Kontenituri tal-metall (M01)
Għal aktar informazzjoni ara l-kapitolu Kontenituri tal-kampjuni.

Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju TWISSIJA: Ċerti oġġetti ma għandu qatt jittieħed kampjun tagħhom jew jittieħed kampjun tagħhom biss minn persuni speċjalizzati mħarrġa biex jagħmlu dan. Dan ifisser eż. li l-iskart radjuattiv ma għandux jittieħed kampjun tiegħu. Jekk għandek dubju vverifika r-radjuattività u/jew ikkonsulta espert ((Materjal ta') skart radjuattiv mhux kopert mir-regolament dwar l-iskart. Għal din ir-raġuni t-teħid tal-kampjuni ta' oġġetti radjuattivi jrid jiġi eskluż mill-metodi ta' teħid tal-kampjuni tal-iskart).

Għal aktar informazzjoni ara l-kapitoli Kampjunar ta’ oġġetti perikolużi u Is-Saħħa u s-Sikurezza.
  • Ikkonsulta wkoll il-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.
  • Dejjem ikkunsidra jekk hux assolutament neċessarju li tieħu kampjun tal-oġġetti. Il-verifika tal-kunsinna tista' tinkiseb permezz ta' mezzi oħra?
  • Xi skart, li jkun jidher li mhux perikoluż minħabba l-kompożizzjoni tiegħu, jista' jkun perikoluż. Eż. l-iskart tal-aluminju, tal-manjeżju jew taż-żingu f'forma ta' trab fin jista' jiżviluppa gassijiet li jaqbdu n-nar meta jiġu f'kuntatt mal-ilma. Ħu l-prekawzjonijiet tas-sikurezza neċessarji meta tmiss dawn it-tipi ta' skart.
  • L-oġġetti tal-iskart jista' jkollhom prodotti kimiċi perikolużi (eż. fir-refriġeraturi), truf li jaqtgħu u affarijiet li jagħmlu l-ħsara oħrajn. Ħu l-prekawzjonijiet ta’ sikurezza meħtieġa meta tkun qed tieħu l-kampjuni minn dawn l-oġġetti.


Simboli tal-Periklu:
  • Dejjem ivverifika s-simboli tal-periklu jekk ikunu preżenti u stabbilixxi n-natura tar-riskju li jġorru. Oqgħod attent minn simboli qodma fuq kontenituri li jkunu reġgħu intużaw li mhux neċessarjament jirriflettu l-kontenut preżenti.


Skedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza tal-Materjali (SDS):
  • Dejjem ivverifika l-Iskeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza tal-Materjal jekk tkun preżenti, li takkumpanja l-oġġetti għal informazzjoni dwar perikli u riskji speċifiċi assoċjati mal-kunsinna. F'ħafna mill-każijiet madankollu ma jkunux disponibbli l-SDS għall-kunsinni tal-iskart.


Frażijiet H & P (Periku u Prekawzjoni):
  • Il-frażijiet H & P elenkati fuq l-SDS iridu jiġu segwiti b'mod preċiż.
  • Huma ddisinjati biex jipproteġu lilek u dawk li jkunu qed jaħdmu miegħek.
  • Se jispeċifikaw il-metodi dwar kif għandhom jiġu amministrati l-perikli possibbli f'iżolament jew f'kombinazzjoni.
Attenzjoni: It-tikkettar tal-iskart jista' ma jkunx affidabbli jew ma jkunx jappartjeni għall-kontenut tal-kontenituri.



Protezzjoni personali:
Tista' tkun meħtieġa firxa wiesgħa ta' tagħmir ta' protezzjoni personali inkluż tagħmir speċjalizzat li jirrikjedi taħriġ biex jintuża, eż.:
  • Ingwanti protettivi/li jintremew wara l-użu
  • Ilbies protettiv
  • Protezzjoni tan-nifs: b'filtru adattat għall-fwar organiku jekk meħtieġ
  • Dejjem aħsel idejk qabel u wara li tmiss kwalunkwe prodott!
  • Matul it-teħid tal-kampjuni trid tevita l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika jew ta' tip ieħor
  • Ċertu skart jista' jkollu mikroorganiżmi ħajjin ġo fih. Jistgħu jiġu ġġenerati jew inalati xi aerosols meta tmisshom. Ilbes maskra jekk ikun meħtieġ.



Pjan ta’ kampjunar
Tip ta’ konsenja Proċedura
Iddetermina l-iskop tat-teħid tal-kampjun tiegħek Għall-kampjunar ta’ skart perikoluż u skart li l-kompożizzjoni tiegħu mhux magħrufa kkonsulta l-kapitolu Kampjunar ta’ oġġetti perikolużi u l-iskedi speċifiċi Sustanzi kimiċi, solidi, Sustanzi kimiċi, likwidi u Likwidi tal-petroleum, skont il-karattru tal-oġġetti tal-iskart.

Il-kampjun aggregat jikkonsisti minn għadd xieraq ta’ kampjuni inkrimentali. Meta tkun sodisfatt li l-kunsinna hija omoġenja, kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti bl-istess dikjarazzjoni doganali. Meta l-kampjunar rappreżentattiv mhux possibbli minħabba l-karattru eteroġeniku tal-kunsinna, jitwettaq kampjunar ibbażat fuq il-ġudizzju. Għandhom dejjem jiġu pprovduti r-ritratti biex jispjegaw il-kampjunar.

Skart likwidu f'tankijiet vertikali fuq l-art, tankijiet orizzontali fuq l-art, tankijiet fuq il-vapuri, vaguni tank jew karozzi tank

Twissija: Il-bittiji li jkun fihom l-iskart likwidu jistgħu jkunu taħt pressjoni. Bittija minfuħa ma għandhiex tiġi mċaqalqa jew jittieħed kampjun minnha sakemm il-pressjoni tiġi elevata b'mod sikur. Iridu jiġu kkunsidrati l-prekawzjonijiet ukoll matul il-ftuħ u t-teħid tal-kampjuni ta' kontenituri ikbar biex ikunu żgurati s-saħħa u s-sikurezza.

Ħafna mit-tankijiet kbar ikollhom il-valvi ħdejn il-qiegħ tat-tank u l-fetħiet ħdejn il-wiċċ. Idealment il-kampjuni jittieħdu mill-wiċċ tat-tank. Il-ġbir ta' kampjun mill-qiegħ ma jippermettix il-ġbir ta' kampjun minn kull saff. Qabel tinfetaħ il-fetħa, għandu jiġi vverifikat l-gejġ tal-pressjoni. Jekk neċessarju l-valv tar-rilaxx għandu jinfetaħ bil-mod biex it-tank jinġieb għall-pressjoni atmosferika. Jekk ma jeżistix valv tar-rilaxx, illaxka l-boltijiet tal-għatu tal-fetħa bil-mod biex televa l-pressjoni fit-tank. Ieqaf jekk il-pressjoni hija għolja wisq jew jekk jokkorri rilaxx.

Ladarba t-tank ikun ġie stabbilizzat tista' tibda tieħu l-kampjuni. Jekk il-kontenut tat-tank ikun stratifikat, kull saff għandu jittieħed kampjun tiegħu. Il-kampjun għandu jinġabar bħala minimu mill-wiċċ, min-nofs u mill-qiegħ. Jekk il-kontenitur għandu kompartamenti separati, kull wieħed għandu jittieħed kampjun tiegħu separatament f'qisien ta' fond differenti, kif meħtieġ.

Ħu kampjun aggregat wieħed jew iktar, magħżul b'mod aleatorju jew sistematikament minn partijiet differenti tal-kunsinna, mill-inqas fi tliet punti konvenzjonali (wieħed fin-nofs, wieħed fil-wiċċ u wieħed fil-qiegħ) jew waqt intervalli ffissati matul il-ħatt. Jistgħu jkunu meħtieġa iktar kampjuni inkrementali minn kunsinni li fihom skart b'kompożizzjoni varjabbli.

Timliex il-kontenitur tal-kampjun iżżejjed u ħalli mill-inqas 10 % ta' spazju vojt sabiex tippermetti l-espansjoni termali.

Skart solidu u tal-ħama mhux marbut fil-ġarr, f'volumi kbar, fit-tankijiet jew fil-kontenituri Meta l-prodott ikun ittrasportat sfuż f'massa, it-tagħbija trid titqies bħala sħiħa u l-kampjuni jridu jittieħdu minn kull parti tat-tagħbija.

Il-kampjuni jistgħu jinġabru mill-wiċċ jew mill-fond. Meta jittieħed kampjun mill-wiċċ fil-post mixtieq, naddaf il-frak tal-wiċċ. Iġbor volum adegwat ta' skart minn fond ta' madwar 20 cm billi tuża kazzola jew sassla tat-teħid tal-kampjuni. Għal kampjuni li jinġabru mill-fond tal-post tat-teħid tal-kampjuni, it-toqba issir b'pala sal-fond mixtieq għat-teħid tal-kampjun. Wara tintuża l-kazzola tat-teħid tal-kampjuni biex jinġabar il-kampjun.

Kampjun inkrementali wieħed jew iktar, magħżula b'mod aleatorju minn partijiet differenti tal-kunsinna, tal-inqas ħames punti konvenzjonali (wieħed fin-nofs u erbgħa fil-punti tan-nofs ta' bejn iċ-ċentru u t-truf f'qisien ta' għoli differenti) jew waqt intervalli ffissati matul il-ħatt. Jistgħu jinħolqu iktar kampjuni inkrementali minn kunsinni li fihom skart bi grad għoli ta' eteroġeneità.

Skart likwidu jew solidu f'pakketti żgħar, bittiji, ċilindri, kaxxi, laned, boroż u fliexken

Ħu diversi kampjuni inkrementali, magħżula b'mod aleatorju minn partijiet differenti tal-kunsinna.

Skart likwidu jew solidu li jkun qed jiġi mċaqlaq Kampjun aggregat wieħed minn kampjuni inkrementali tul id-dijametru kollu tal-fluss, b'intervalli determinati mill-veloċità tal-moviment.

Skart imħallat, oġġetti kbar tal-iskart, oġġetti, skart ieħor Is-sitwazzjoni tat-teħid tal-kampjuni ta' kunsinna sħiħa u l-kampjuni jiġu ddokumentati permezz ta' evidenza fotografika (u/jew vidjow); il-kampjuni normalment ma jittieħdux. Jekk jittieħdu l-kampjuni normalment dan isir permezz ta' teħid tal-kampjuni b'mod ġudikattiv.


Immaniġġjar tal-kampjuni
Kummenti ġenerali
  • Il-materjal li għandu jittieħed kampjun tieħu jista' jkun omoġenju jew eteroġenu. Il-materjal omoġenju li jirriżulta minn sitwazzjonijiet magħrufa (eż. skart tal-proċess) mhux neċessarjament jirrikjedi protokoll estensiv tat-teħid tal-kampjuni. L-iskart eteroġenu u mhux magħruf jirrikjedi teħid tal-kampjuni iktar estensiv.Il-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-oġġetti huma uniformi fil-prodott kollu.Il-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-oġġetti jvarjaw fil-prodott kollu.
  • Meta l-prodott ikun ittrasportat, mhux marbut, f'volumi kbar, it-tagħbija trid titqies bħala sħiħa u l-kampjuni jridu jittieħdu minn kull parti tat-tagħbija.
  • Jekk kemm il-varjabbiltà tal-kompożizzjoni tal-iskart kif ukoll il-valur medju huma ta' interess, jista' jkun aħjar li l-kampjuni inkrementali ma jitħalltux. Fuq il-formola għat-teħid tal-kampjuni jrid ikun hemm spjegazzjoni għall-kampjuni addizzjonali.
  • Teħid tal-kampjuni rappreżentattiv: il-kampjun għandu jirrappreżenta l-kunsinna kollha. Kull kampjun inkrementali jittieħed b'mod aleatorju mill-kunsinna b'mod li kull kampjun inkrementali jkollu l-istess probabbiltà li jintgħażel. Il-kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun inkrementali hija 1 kg. Il-kampjuni inkrementali jridu jitħalltu tajjeb sabiex jinħoloq kampjun aggregat. Kun żgur li l-prodott li tkun qed tieħu kampjun tiegħu ma jinbidilx minħabba l-proċess tat-teħid tal-kampjuni. Jekk il-prodott ma jkunx omoġenju, ħu nota ta' dan fuq il-formola għat-teħid tal-kampjuni.
  • Teħid tal-kampjuni ġudikattiv (magħruf ukoll bħala teħid tal-kampjuni ad-hoc): dan it-teħid tal-kampjuni jitwettaq meta ma jkunx possibbli teħid tal-kampjuni rappreżentattiv minħabba l-karattru eteroġenu tal-kunsinna li jkun qed jittieħed kampjun tagħha (ara wkoll EN 14899 għad-definizzjoni). Għandhom dejjem jiġu pprovduti r-ritratti biex jispjegaw it-teħid tal-kampjuni.
  • Tqassim tal-kampjun: id-daqs ta' kampjun aggregat jista' jaqbeż il-100 kg. Għalhekk jeħtieġ li dan jitnaqqas sabiex jinkiseb il-kampjuni finali. Għal aktar informazzjoni ara l-kapitolu Proċeduri tal-kampjunar u Skema għat-Taqsim tal-Kampjuni.
  • Ippakkjar tal-kampjuni: il-kampjuni jridu jiġu ppakkjati b'mod sigur bi protezzjoni adegwata kontra l-ħsara (ħsara mekkanika, tibdil sever fl-umdità, fit-temperatura, eċċ.). Il-kontenituri jridu jkunu mimlijin kompletament iżda fejn hemm riskju ta' espansjoni jew ta' produzzjoni ta' gassijiet ta' fermentazzjoni ħalli madwar 10 % ta' spazju vojt fil-wiċċ tal-kontenitur.
Formola għat-Teħid tal-Kampjuni
  • Imla l-formola għat-teħid tal-kampjuni. Kopja waħda għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u kopja oħra għandha tinżamm fir-reġistri. Żid ir-ritratti tas-sitwazzjoni tat-teħid tal-kampjuni (kunsinna).
Trasport
  • Irid jiġi organizzat trasport adattat lejn il-laboratorju doganali b'konsiderazzjoni tar-regoli tat-trasport tat-tip ta' skart. Jekk disponibbli, kopja tal-SDS trid tibqa ma' kull wieħed mill-kampjuni.
Ħażna
  • Trid tiġi organizzata ħażna adattata b'konsiderazzjoni tar-regoli tal-imballaġ, tat-tikkettar u tal-ħażna tat-tip ta' skart.

Skart (espandi l-lista)
Numru tal-HS Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 31.01.2017 L-ewwel verżjoni
1.0.1 30.03.2019 Update - text correction
1.1 15.07.2020 Update - MSDS -> SDS, link to "Chemicals, liquid"
1.2 15.07.2021 Update - text revision